
Adattat għall-użu tul il-ħajja kollha mad-defibrillatur HeartStart FRx. Kompatibbli mad-defibrillatur HeartStart FRx għat-trattament ta’ trabi jew tfal taħt it-8 snin jew li jiżnu inqas minn 25 kg (55 libbra).
Meta tiddaħħal iċ-ċavetta għal trabi/tfal, il-HeartStart FRx tħabbar “Infant/Child Mode” (Modalità għal Trabi/Tfal), tnaqqas awtomatikament l-enerġija tad-defibrillazzjoni, u tipprovdi gwida fakultattiva għas-CPR fuq trabi/tfal. L-istampi fuq iċ-ċavetta juru l-pożizzjonament korrett tal-pads għal trabi u tfal.
Iċ-ċavetta għal trabi/tfal tista’ tintuża flimkien mal-HeartStart Training Pads II biex jinħoloq xenarju ta’ taħriġ għall-kura ta’ trabi u tfal. Mhumiex meħtieġa pads tad-defibrillatur speċjali biex tuża l-HeartStart FRx ħalli tikkura tarbija jew tifel/tifla; il-HeartStart SMART Pads II li jiġu pprovduti mad-defibrillatur huma ddisinjati biex jintużaw kemm għall-adulti kif ukoll għat-trabi u t-tfal.
Dimensjonijiet: 6.3 pulzieri x 2.4 pulzieri x 0.2 pulzieri (16 cm x 6 cm x 0.5 cm) b'garanzija ta' sena.