
B’eżattezza ppruvata klinikament skont il-Protokoll Internazzjonali tas-Soċjetà Ewropea tal-Pressjoni Għolja (European Society of Hypertension), il-monitor tal-pressjoni tad-demm Braun ExactFit™ 1E ( għall-parti ta’ fuq tad-driegħ) huwa ddisinjat biex jagħtik qari preċiż, ħalli tkun tista’ tieħu ħsieb saħħet qalbek waqt li tkun id-dar. Il-Braun ExactFit™ 1E huwa mgħammar b’teknoloġija ta’ nfiħ ġentili li tkejjel il-livelli tal-pressjoni tad-demm waqt li l-faxxa tkun qed tintefaħ, u b’hekk toffri esperjenza aktar komda għal kull min jimmonitorja saħħet qalbu regolarment.
B’sempliċi agħfas ta’ buttuna, l-iskrin il-kbir tagħna juri malajr il-valuri sistoliċi u dijastoliċi tiegħek, kif ukoll il-polz. Jinkludi wkoll faxxa universali għal dirgħajn b’ċirkonferenza ta’ 22-42 ċm, flimkien ma’ funzjoni ta’ memorja integrata li tfakkrek fl-aħħar kejl biex tkun tista’ ssegwi r-riżultati tiegħek faċilment. Barra minn hekk, ikollok aċċess għall-app Braun Healthy Heart, li tippermettilek iddaħħal manwalment id-dejta tal-pressjoni tad-demm tiegħek sabiex tara l-progress tiegħek maż-żmien. Huma inklużi erba’ batteriji AA għal setup veloċi u faċli. Huwa preċiż. Huwa faċli. Hija preċiżjoni li ssir faċli.
Karatteristiċi
- Tħaddim b'buttuna waħda
- Preċiżjoni ppruvata klinikament skont il-Protokoll Internazzjonali tas-Soċjetà Ewropea tal-Pressjoni Għolja
- Jipprovdi riżultati preċiżi
- Esperjenza aktar mgħaġġla u komda
- Faxxa tal-pressjoni tad-demm b'daqs universali
- Il-funzjoni tal-memorja integrata taħżen awtomatikament l-aħħar kejl tal-pressjoni tad-demm.